You are currently viewing L-istejjer tan-nanna Liela

L-istejjer tan-nanna Liela

  • Post category:Uncategorized
  • Reading time:4 mins read

Twieldet nhar il-Hamis, 23 ta’ Mejju 1895 meta l-Mellieha kellha madwar 1855 ruh jghixu fiha. Kienet regghet saret parrocca fl-1844 b’popolazzjoni ta’ 517 ruh. Il-popolazzjoni bdiet tikber wara li l-gvern beda johrog permessi ghall-bini fil-Mellieha. Fir-rahal thajru jersqu nies l-aktar mill-Mosta, Naxxar u Gharghur.

Il-Mellieha ghamlet sekli shah bi ftit nies jghixu mferxin fiha mohbijin fl-gherien tal-widien ghax kienet spiss tigi attakkata mill-pirati gejjin mix-Xatt ta’ Barbarija kif kienu maghrufa l-Marokk, l-Algerija, Tunis u l-Libja. Kienu jinzlu l-art u jahtfu kulma jistghu jgorru u jiehdu n-nies ilsiera.

Kien hemm nies li bdew jissugraw joqoghdu l-Mellieha wara l-1715 meta l-Ordni tal-Kavallieri kienet bniet swar u fortizzi jharsu x-xtut mill-pirati. Imma 250 sena wara li dawn l-attakki waqfu, in-nanna Liela xorta kienet twissina biex ma nmorrux nghumu fl-imwarrab, “ghax jigu ta’ Barbarija u jiehdukom.” Ghext maghha fl-ghar-dar, fl-’gharucasa’ bl-ewwel kamra mibnija u l-bqija mhaffrin fil-blat hdejn is-Santwarju. Kull fl-ghaxija konna naghlqu l-bieb ta’ barra b’zewg staneg u b’saratizz biex ta’ Barbarija ma jigux jiehduna?

Matul il-gurnata, il-bieb ta’ barra kien ikun miftuh berah. Kull min ried, gej minn fejn gej, seta’ jiftah l-antiporta u jidhol. Cert li ma kienx se jidhol u jaghmel li jrid. Wara l-antiporta, kultant tixref minn wara l-purtiera mal-hgieg, biex tara d-dinja ghadhiex hemm, kien isib lin-nanna Liela, liebsa blu skur b’tikek bojod zghar. B’ghajnejha feroci u tinfed lil kollox u lil kulhadd madwarha, mara li t-tbatija tal-hajja flok kissritha, sahhitha.

Kienet titkellem b’certezza fuq kollox, fuq affarijiet ta’ din id-dinja u tad-dinja l-ohra. Tissugrax tiddubita. Kienet taf tirrakkonta. Il-kittieb Messikan Carlos Fuentes jghid li l-aqwa rumanziera, li qatt ma ppubblikaw ktieb, huma n-nanniet li romlu kmieni u rabbew familji kbar qalb tbatija kbira. In-nanna Liela kienet wahda minnhom. Kienet tigborna fuq il-bankina quddiem id-dar taghha u li minnha qatt ma rajtha titbieghed. Wara li nkunu hadna naghsa waqt ir-ruzarju, konna nqumu hafna fuq taghna biex tibda tirrakkuntalna dak li gara l-Mellieha matul is-snin.

Dwar l-ors kbir li deher b’saqajh miftuha, b’sieq fuq kull naha tat-telgha faccata tal-pont. Dwar ir-razzett hdejn San Niklaw li nbena f’lejl wiehed mix-xjaten. Dwar il-Madonna tal-Ghar titla’ mill-ghar fi zmien il-gwerra tilqa’ l-bombi u terga’ tinzel. Tbierek lil nies jitolbu quddiemha. Il-mina mudlama ta’ warajha belghet ghal dejjem tfajliet li dahlu jimxu fiha. Dwar il-furbani li qatghu ras l-istatwi li sabu fil-Madonna tal-Ghar f’wiehed mill-attakki taghhom fl-1614. Dwar li fit-tubru, speci ta’ tebut kbir miksi b’faldrappa sewda u armat f’nofs il-knista ghall-Erbgha tal-Irmied, hemm migbura l-mejtin kollha tad-dinja biex nghidu tliet quddisiet wara xulxin ghal ruhhom. Dwar il-Gawgaw li lejliet il-Milied johrog idur fuq il-bjut tar-rahal.

Dwar l-ihirsa li jidhru fi djar abbandunati fir-rahal. Dwar it-terremot ta’ Messina fl-1908 meta l-bahar tal-Ghadira hareg ghal 12-il siegha sal-ponta tal-Ahrax u hafna nizlu jigbru l-hut li thalla jferjer bla ilma fil-bajja. Dwar ix-xelter imhaffer taht il-ghar-kcina taghha maghluq bil-kaptelli mkahhlin biex jekk ikun hemm bzonn jerga’ jinfetah ghall-gwerra ohra. Dwar il-vapur mimli emigranti, anki Maltin, sejrin l-Awstralja li qabad f’nofs ta’ bahar, anzi salvawhom vapuri ohra.

Qatt ma kont nixba nisma’ l-istejjer tan-nanna Liela. Anki jekk hafna minnhom kienu jbezzghuni bhar-rumanzi tal-faxxikli li kellha taht is-saqqu u li gie li qratli minnhom bhal “Il-Halliel tal-katavri”.

Niftakarna fix-xitwa mgeddsin kmieni fis-sodda, fil-kamra mhaffra fil-blat, nisimghu r-rih jonfoh barra u n-nanna tghidli “Isma’ l-erwieh xi jwerzqu l-lejla.” Kont nghatti rasi bil-kutra biex nipprova ma nismaghhomx. U biex ma narax id-dellijiet u l-fjammi tal-ftieli tal-ispiritiera ta’ bi tlieta jixeghlu s-saqaf tal-kcina mudlama jfakkruni fl-infern u li fuqha tkun bdiet issajjar ghall-ghada l-laham fuq il-fwar itektek lejl shih bic-canga, tewm, tursin u tadam li bhalu qatt izjed ma doqt tajjeb daqsu.

Il-Mellieha – Jannar 2024