You are currently viewing Jieklu l-ħaxix ta’ l-art biex jgħixu

Jieklu l-ħaxix ta’ l-art biex jgħixu

  • Post category:Uncategorized
  • Reading time:5 mins read

Meta 1-popolazzjoni tal-Mellieha bdiet tikber ma kienx hemm bizzejjed xoghol fir-raba u fis-sajd, imma lanqas xogħol ieħor.  Il-Mellehin ukoll bdew jemigraw lejn pajjizi ohra. Konna kolonja tal-Imperu Britanniku u kien jużana biss bħala bażi għall-gwerra u ma kellux interess jiżviluppa l-ekonomija tagħna.

Mark Caruana li jgħix Sydney u jagħmel ħafna riċerka siewja dwar 1-emigrazzjoni mill-gżejjer tagħna qalli li fis-sena 1883 fl-ewwel grupp organizzat ta’ Maltin li marru Queensland biex jaħdmu fl-għelieqi tal-kannamieli (il-pjanta tal-qasab li minnu jsir iz-zokkor),żgur kien hemm Mellieħi u forsi iktar minn wieħed. Ma nafux sew ghax il-lista originali ta’ min mar hija nieqsa mill-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat. L-ewwel Malti li nafu bih li mar l-Awstralja huwa Antonio Azzopardi miż-Żejtun, Mar fl-1839.

Il-Mellieħi li mar 1-Awstralja fl-1883 kien jismu Paolo Attard u fil-lista hemm imniżżel li l-laqam tiegħu huwa “Tal-Frawla”. Huwa baħħar ma’ 61 emigranti Maltin oħra lejn Brisbane fuq il-vapur SS NUDDEA nhar it-3 ta’ Ottubru 1883. 

Interessanti li fuq dan il-vapur kienu baħħru wkoll disa’ Maltin bil-moħbi, fosthom ċertu Giuseppe Bezzina minn Ħal Tarxien imma mlaqqam “il-Mellieħi”. Il-familja tiegħu kienet marret tilmenta mal-ġurnal ‘Malta’ li ma waslulhiex iżjed flus mingħand Giuseppe minn wara t-3 ta’ April 1883 . 

Mark Caruana bagħtli lista ta’ Melleħin li siefru għall-Awstralja bejn is-snin 1887 u 1940. Qalli li fl-1912

telqu lejn 1-Awstralja seba’ Melleħin . 

Is-seba’ li applikaw għall-passaport fis-sena 1912 kienu Giovanni Borg, Giuseppe Borg, Giuseppe Caruana, Vittorio Caruana, Francesco Cauchi, Alfredo Sammut, Paolo Vella u Salvatore Vella. L-izgħar wieħed minnhom kien Cauchi ta’ 18-il sena waqt li 1-ixjeħ kien Giovanni Borg ta’ 45 sena. 

Kollha kienu twieldu bejn 1-1867 u l-1894. 

Il-lista li għaddieli Mark Caruana fiha 96 persuna mwielda 1-Mellieħa u li applikat għall-passaport bejn is-sena 1900 u 1915. Huma kollha rġiel. 31 minnhom jgħidu li jafu għallinqas jiffirmaw isimhom. 85 jgħidu li ma jafux jiktbu u jaqraw u lanqas jiffirmaw isimhom. 

L-iżgħar wieħed minnhom huwa Bernardo Cini li kellu biss 14-il sena u ommu armla, jisimha Rosa, tagħtu l-permess biex imur it-Tuneżija. Kienu joqogħdu fi Strada Quarta (sinjal ċar li r-raħal kien għadu fil-bidu tiegħu meta t-toroq flok isem kien għadhom bl-isem Taljan bin-numru meta nbnew). 

L-akbar wieħed fl-eta’ kien ta’ 42 sena. Kien jismu Carmelo Vella, joqgħod Strada Snajjin u mar San Francisco fl-Istati Uniti ħdejn qrabatu li wegħduh ix-xogħol.

Minn dawn is-96, kien hemm 60 li marru 1-Awstralja. 12 marru 1-Kanada, sebgħa 1-Alġerija u sebgħa oħra t-Tuneżija, sitta 1-Istati Uniti, tlieta 1-Italja u wieħed 1-Egittu. Kollha marru waħedhom u għal rashom, Wieħed biss, Michele Galea li mar bil-familja kollha, ma’ martu Anna u t-tliet uliedhom. Marru Tunis. 

Il-Melleħin Joe Vella u Paul Abela marru 1-Awstralja fis-sena 1913.  Joe kien biddel kunjomu għal Preafe għax kien hemm ħafna Joe Vella minn Malta u kienu jħawduhom. Għamillu intervista Rigu Bovingdon li fiha jirrakkonta minn xhiex għadda: “Jien ma kontx naf kelma waħda bl-Ingliż. Twelidt il-Mellieħa fit-13 ta’ Diċembru 1891 u qatt ma mort skola. Ma kont naf nikteb xejn; mank bil-Malti!”

Joe jgħid xi tfisser tkun emigrant l-Awstralja dak iż-żmien: “Dik il-ħabta ma tantx kienu jaħmluna lilna l-barranin. Niftakar sew meta, biex jinkuni kienu jsaqsuni “Hemm nies bojod ġo Malta?”. … L-ewwel sitt ġimgħat qattajniehom niġru mat-toroq ta’ Adelaide; niġru fil-buwx (qalb is-siġar), nieklu l-ħaxix tal-art u norqdu taħt is-siġar. Kelli xi 22 sena. Kont qalbi maqtugħa…Fl-1928 mort sa Malta. Kienet l-unika darba li mort lura biex nara ‘l ommi qabel mietet. Qattajt tliet xhur Malta avolja ma kellix holidays biżżejjed mix-xogħol.”

Rigu Bovingdon jgħid: “Joe Vella miet fit-22 ta’ Awwissu 1990, erba’ xhur biss qabel għalaq il-100 sena. Nifhem illi x-xewqa tiegħu li n-nepputija tiegħu Violet Vella titħalla tiġi l-Awstralja mill-Mellieħa biex iddur bih fi xjuħitu kienet inqatgħet favurih fl-aħħar. Jinsab midfun fil-Bassett Cemetry, f’Mackay, Queensland, l-Awstralja.”      

Mellieħa Mejju 2024